17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PA vs Il-Parlament
(Kawża T-608/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2014 - Promozzjoni - Proċedura 2015 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))
(2018/C 328/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PA (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Deneys u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2014, fil-verżjoni tiegħu ffinalizzata mid-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2015, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-9 ta’ Diċembru 2015 li tagħtih punt ta’ mertu għas-sena 2014, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament, ikkomunikata lill-persunal ta’ din l-istituzzjoni fit-30 ta’ Novembru 2015, li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 11 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, sa fejn hemm bżonn, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-21 ta’ Jannar 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PA huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 364, 3.10.2016. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-38/16 u ttrasferita lejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropa fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy