24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – PS vs BEI
(Kawża T-612/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Sigurtà soċjali - Inċidenti fuq il-post tax-xogħol - Invalidità totali u permanenti - Oriġini mix-xogħol tal-marda - Skema ta’ assigurazzjoni għal inċidenti fuq ix-xogħol u għal mard ikkaġunat mix-xogħol - Kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu morali”))
(2018/C 341/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PS (rappreżentanti: N. Lhoëst u G. Cludts, avukati)
Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gilliams, E. Raimond u G. Faedo, sussegwentment minn T. Gilliams u G. Faedo aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra sa minn Novembru 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PS huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-42/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy