25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Colin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-614/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Diploma - Esperjenza professjonali”))
(2019/C 72/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caroline Colin (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Radu Bouyon u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015 tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST-SC/01/14, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva intiża sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ uffiċjali fi ħdan istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2015 tal-istess Bord tal-Għażla li tiċħad it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2016 bħala tweġiba għall-ilment tar-rikorrenti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2015 li permezz tagħha l-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST-SC/01/14 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, li r-rikorrenti ma setgħetx tiġi ammessa fil-lista ta’ riżerva ta’ din il-kompetizzjoni hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-44/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy