26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – PD vs BEI
(Kawża T-615/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Invalidità totali u permanenti - Talba għal rikonoxximent tal-fatt li l-marda hija kkaġunata mix-xogħol - Rikors ippreżentat qabel l-għeluq tal-proċedura ta’ rikonoxximent tal-fatt li l-marda hija kkaġunata mix-xogħol - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PD (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, intiża, essenzjalment, sabiex il-BEI jikkumpensa d-dannu li r-rikorrent allegatament sostna minħabba l-fastidju psikoloġiku mis-superjur ġerarkiku tiegħu u minħabba l-assenza ta’ miżuri xierqa meħuda mill-BEI sabiex jirrimedja din is-sitwazzjoni u jipproteġi s-saħħa tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
PD u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 371 tal-10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-45/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy