15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – PF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-617/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Użu tal-lingwi fil-kuntest tal-funzjonijiet eżerċitati minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet lingwistiċi u minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet mhux lingwistiċi - Assenzi ġġustifikati - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2018/C 013/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PF (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 8 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PF huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-47/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).