Kawża T-619/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Sicignano vs EUIPO – IN.PRO.DI (GiCapri “a giacchett’e capri”) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedmenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GiCapri ‘a giacchett’e capri’ — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
C2762018MT4110120180626MT0068411411
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Sicignano vs EUIPO – IN.PRO.DI (GiCapri “a giacchett’e capri”)
(Kawża T-619/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedmenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GiCapri ‘a giacchett’e capri’ — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”2018/C 276/68Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Pasquale Sicignano (Santa Maria la Carità, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Inghirami Produzione Distribuzione SpA (IN.PRO.DI) (Milano, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 806/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IN.PRO.DI u P. Sicignano.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pasquale Sicignano huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy