6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic)
(Kawża T-620/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Idealogistic - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti idéa logistique - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 374/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Milchior, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Pétrequin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza) (rappreżentanti: P. Langlais, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-20 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1435/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Idea Groupe u The Logistical Approach.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Logistical Approach BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.