Kawża T-621/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – České dráhy vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Spezzjoni ordnata fuq il-bażi ta’ informazzjoni minn spezzjoni oħra — Proporzjonalità — Obbligu ta motivazzjoni — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Drittijiet tad-difiża”)
C2762018MT4120120180620MT0069412422
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – České dráhy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-621/16) ( 1 )
“(“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Spezzjoni ordnata fuq il-bażi ta’ informazzjoni minn spezzjoni oħra — Proporzjonalità — Obbligu ta motivazzjoni — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Drittijiet tad-difiża”)”2018/C 276/69Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: České dráhy a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Muzikář, J. Kindl u V. Kuča, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Biolan, G. Meessen, P. Němečková u M. Šimerdová, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3993 finali tat-22 ta’ Ġunju 2016 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, indirizzata lil České dráhy kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati minnha, fejn tordnalhom li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni (Każ AT.40401 – Twins).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
České dráhy, a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy