29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Alles wird gut)
(Kawża T-622/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Alles wird gut - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 032/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Von Rüden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 212/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Alles wird gut bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.