5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)
(Kawża T-623/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAIN AUTO WHEELS - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea VW - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 399/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder et D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2189/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen u Paalupaikka.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy