29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-627/16) (1)
((“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka - Għajnuna diretta ddiżakkoppjata - Stħarriġ b’telerilevament - Settur tal-inbid - Kundizzjonalità - Ripetizzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità”))
(2018/C 392/25)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, Z. Malůšková u K. Walkerová, aġenti)
Intervenjent, insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: F. Bergius, A. Falk, C. Meyer-Seitz u H. Shev, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59), sa fejn twarrab il-ħlasijiet magħmula mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG għal ammont ta’ EUR 30 206 401,58.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn teskludi l-ħlasijiet magħmula mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG għal ammont ta’ EUR 6 356 909,30 għal stħarriġ tal-kundizzjonalità għas-sena finanzjarja 2011.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu kull wieħed jew waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy