26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Dehtochema Bitumat vs ECHA
(Kawża T-630/16) (1)
((“REACH - Ħlas dovut għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lil SME - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Kunċett ta’ impriża relatata - Sottomissjoni ta’ ‘dikjarazzjoni mhux korretta tad-daqs tal-impriża’ - Tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont applikabbli ta’ spejjeż amministrattivi - Kompetenza tal-ECHA - Waqfien ta’ produzzjoni tas-sustanza”))
(2018/C 072/45)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Dehtochema Bitumat s. r. o. (Bělá pod Bezdězem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Holý, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Trnka, E. Maurage u M. Heikkilä, sussegwentement minn J.-P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA SME(2016) 3038 tas-7 ta’ Lulju 2016 li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tal-ħlasijiet previsti għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponi fuqha spiża amministrattiva.
Dispożittiv
1)
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) SME(2016) 3038 tas-7 ta’ Lulju 2016 hija miċħuda bħala inammissibbli.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Dehtochema Bitumat s. r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.