15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Remag Metallhandel u Jaschinsky vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-631/16) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Antidumping - Insistenza tal-OLAF mal-Istati Membri sabiex jirkupraw id-dazji antidumping marbuta ma’ kull importazzjoni ta’ metall tas-silikon li joriġina mit-Taïwan mingġajr prova li l-imsemmi metall tas-silikon kien joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 398/2004 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 - Rabta kawżali”)
(2019/C 238/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Remag Metallhandel GmbH (Steyr, l-Awstrija) uWerner Jaschinsky (St. Ulrich bei Steyr, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Lux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u A. Lewis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 268 TFUE u intiża għal riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba t-talba mressqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri sabiex dawn jirkupraw id-dazji antidumping għal lottijiet ta’ silikon esportati mit-Taïwan lejn l-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Remag Metallhandel GmbH u M. Werner Jaschinsky huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy