4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Haeberlen vs ENISA
(Kawża T-632/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Adattament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal - Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 - Adattament tas-salarji u tal-pensjonijiet għas-snin 2011 u 2012 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Regoli dwar id-djalogu soċjali”))
(2019/C 82/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Haeberlen (Swisttal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u A. Tymen, sussegwentement minn L. Levi u fl-aħħar nett minn L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ENISA tal-21 ta’ Ottubru 2015, li tordna lir-rikorrent iħallas is-somma ta’ EUR 3 133,19, wara l-applikazzjoni tal-adattament ta’ 0 % għas-sena 2011 għar-remunerazzjoni tiegħu previst mir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5, rettifika fil-ĠU 2014, L 140, p. 17), u l-adattament ta’ 0.8 % għas-sena 2012, previst mir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12), u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament sofra b’riżultat ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Thomas Haeberlen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA).
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy