25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Deichmann vs EUIPO – Vans (Rappreżentazzjoni ta’ linji fuq żarbuna)
(Kawża T-638/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta linji fuq żarbuna - Trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi fuq il-ġenb ta’ żarbuna - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark internazzjonali preċedenti - Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Aspettattivi leġittimi”))
(2019/C 72/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2016 (Każ R 408/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy