3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – GEA Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-640/16) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Stabilizzaturi termiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % - Grupp ta’ kumpanniji - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2018/C 436/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Biolan u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi) hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 24.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy