Kawża T-649/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Bidla minn pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni għal pożizzjoni ta’ konsulent — Interess tas-servizz — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għal smigħ u dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-impjiegi”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-649/16) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Bidla minn pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni għal pożizzjoni ta’ konsulent — Interess tas-servizz — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għal smigħ u dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-impjiegi”)”
2017/C 412/40Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Rikorrent: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2015 li temenda t-trasferiment tar-rikorrenti, sa mill-1 ta’ Diċembru 2015, mill-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni “Uffiċċju tal-istages” tad-direttorat “Żgħażagħ u sport” taħt id-direttorat-ġenerali (DG) “Edukazzjoni u kultura” għall-pożizzjoni ta’ konsulent fi ħdan id-direttorat “Modernizzar tat-tagħlim II: Politika u programm fil-qasam tat-tagħlim, l-innovazzjoni EIT u AMSC” fi ħdan dan l-istess DG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Belén Bernaldo de Quirós hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 402, 31.10.2016.