28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – LG Electronics vs EUIPO (QD)
(Kawża T-650/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali QD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 283/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics (Seoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2046/2015-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali QD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
LG Electronics hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.