30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Żraben)
(Kawża T-651/16) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ novità - Żvelar qabel id-data ta’ prijorità - Evalwazzjoni ex officio tal-fatti - Provi kumplimentari ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 5, 7 u Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2018/C 152/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Seymour, L. Cassidy, J. Guise u D. Knight, solicitors, N. Hadjadj Cazier, M. Berger u H. Haouideg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 853/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Crocs, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Gifi Diffusion fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 410, 07.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy