15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – HD vs Il-Parlament
(Kawża T-652/16 P) (1)
((“Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Projbizzjoni tal-kumulu ta’ allowances tal-istess natura - Talba għal irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Protezzjoni tad-data personali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2018/C 013/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: HD (rappreżentant: C. Bernard Glanz, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament (rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HD vs Il-Parlament (F-136/15, EU:F:2016:169), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
HD hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 419, 14.11.2016.