22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-654/16) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Ċaħda ta’ talba għal eżami mill-ġdid intermedju parzjali, limitata għad-dumping, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Bdil fit-tul ta’ ċirkustanzi - Teħid ta’ kampjuni - Eżami individwali - Nuqqas ta’ koperazzjoni fl-investigazzjoni li wassal għall-adozzjoni tal-miżuri definittivi”))
(2018/C 381/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd (Foshan City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: B. Spinoit u D. Philippe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, T. Maxian Rusche, N. Kuplewatzky u A. Demeneix, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 4259 tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2016 li tiċħad talba għal eżami mill-ġdid intermedju parzjali, limitat għal kwistjonijiet ta’ dumping, f’dak li jirrigwarda l-miżuri antidumping definittivi stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 428, 21.11.2016
Full & Egal Universal Law Academy