27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2017 – PM vs ECHA
(Kawża T-656/16) (1)
((“REACH - Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi żgħar u medji - Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża - Verifika mill-ECHA tad-dikjarazzjoni tal-impriża - Talba għal provi li juru l-istatus ta’ impriżi żgħar u medji - Deċiżjoni li timponi ħlas amministrattiv”))
(2017/C 402/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: PM (rappreżentanti: E C. Zambrano Almero, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Maurage, J.-P. Trnka u M. Heikkilä, sussegwentement minn J.-P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn de C. Garcia Molyneux, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA SME(2016) 3198, tat-12 ta’ Lulju 2016, li tikkonstata li r-rikorrenti ma pproduċietx il-provi neċessarji sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ tariffa previst għall-impriżi medji u li imponiet fuqha ħlas amministrattiv.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PM għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.