8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – De Meyer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-667/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet tas-servizz - Ommissjoni tal-ismijiet tar-rikorrenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi - Assenza ta’ żnaturament tal-provi - Talba għal rikuża ta’ imħallef”))
(2018/C 005/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Pieter De Meyer (Brussell, il-Belġju) u t-8 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: R. Rata, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u A.-A. Gilly, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, Adriaen et vs Il-Kummissjoni (F-113/15, EU:F:2016:162), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Pieter De Meyer u l-uffiċjali l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.