8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-668/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u l-kapijiet ta’ dipartiment - Omissjoni tal-isem tal-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi - Assenza ta’ żnaturament tal-provi - Talba għal rikuża ta’ Mħallef”))
(2018/C 005/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: HL (rappreżentanti: R. Rata, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u A.-A. Gilly, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, HL vs Il-Kummissjoni, (F-112/15, EU:F:2016:161), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
HL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.