7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Jiménez Gasalla vs EUIPO (B2B SOLUTIONS)
(Kawża T-685/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea B2B SOLUTIONS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 256/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Carlos Javier Jiménez Gasalla (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Lulju 2016 (Każ R 244/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali B2B SOLUTIONS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Carlos Javier Jiménez Gasalla huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.