Kawża T-686/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Possanzini vs Frontex (“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 — Kompetenzi tal-validatur — Emenda tal-evalwazzjoni inizjali tal-evalwatur mill-validatur — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Eżami ex Officio”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Possanzini vs Frontex
(Kawża T-686/16 P) ( 1 )
“(“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 — Kompetenzi tal-validatur — Emenda tal-evalwazzjoni inizjali tal-evalwatur mill-validatur — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Eżami ex Officio”)”
2017/C 412/42Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Appellanti: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Appellata: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016, Possanzini vs Il-Kummissjoni (F-68/15, EU:F:2016:150), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Daniel Possanzini għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fil-kuntest ta’ din il-kawża.
( 1 ) ĠU C 428, 21.11.2016.