4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-688/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ombudsman tal-Kummissjoni - Awtorità tal-Ħatra kompetenti - Delegazzjoni ta’ kompetenza - Proċedura - Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal - Responsabbiltà”))
(2019/C 44/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mercedes Janssen-Cases (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, sussegwentment G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2016 li taħtar lil W bħala Ombudsman tal-Kummissjoni u tan-nota tas-16 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-rikorrenti bir-riżultat tal-proċedura ta’ selezzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2016 li tinnomina lil W bħala Ombudsman tal-Kummissjoni u n-nota tas-16 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lil M. Janssen-Cases bir-riżultat tal-proċedura ta’ selezzjoni għal din il-pożizzjoni huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy