4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-689/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Deċiżjoni b’effett retroattiv - Artikolu 22a tal-Istatut - Awtorità li ma kellhiex kompetenza - Responsabbiltà - Kumpens għad-danni materjali u morali”))
(2019/C 82/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nikolaos Pipiliagkas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-riskorrent, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens ta’ danni materjali u morali li allegatament huwa ġarrab.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi Umani u Sigurtà” tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ Nikolaos Pipiliagkas b’effet fl-1 ta’ Jannar 2013, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll in-nofs ta’ N. Pipiliagkas.
4)
N. Pipiliagkas għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy