5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC
(Kawża T-692/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Artikolu 47(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Annullament ta’ deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat - Artikolu 266 TFUE - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida ta’ terminazzjoni bikrija - Effett retroattiv”))
(2018/C 042/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, parzjalment, għall-annullament l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-ECDC tat-2 ta’ Diċembru 2015 li xoljiet, b’effett retroattiv mit-30 ta’ April 2012, il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-ECDC tas-27 ta’ Ġunju 2016 li ċaħdet l-ilment li sar mir-rikorrent kontra din id-deċiżjoni ta’ xoljiment kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.