28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni vs RN
(Kawża T-695/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjonijiet - Pensjoni tas-superstiti - Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Żball ta’ liġi”))
(2017/C 283/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-C. Simon, F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)
Appellat: RN (rappreżentant: F. Moyse, avukat) u l-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016, RN vs Il-Kummissjoni (F-104/15, EU:F:2016:163), u intiż għall-annullament tagħha.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016, RN vs Il-Kummissjoni (F-104/15), hija annullata.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.