28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Il-Parlament vs Meyrl
(Kawża T-699/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni kkontestata - Tkeċċija - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter”))
(2017/C 283/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u M. Dean, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Sonja Meyrl (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, Meyrl vs Il-Parlament (F-147/15, EU:F:2016:157), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, Meyrl vs Il-Parlament (F-147/15), hija annullata.
2)
Ir-rikors ippreżentat minn Sonja Meyrl quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-147/15 huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċedura ta’ appell.
4)
S. Meyrl hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza, inklużi dawk tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 454, 5.12.2016.