5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC
(Kawża T-703/16 RENV) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Xoljiment antiċipat - Artikolu 47(b)(ii) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Modalitajiet ta’ preavviż - Responsabbiltà - Dannu morali”))
(2018/C 042/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba d-deċiżjoni tad-Direttur tal-ECDC li ġiet innotifikata lilu fl-24 ta’ Frar 2012 u li xxolji b’mod antiċipat il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
Dispożittiv
1)
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa kkundannat iħallas lil CJ, bħala kumpens għad-dannu morali, is-somma ta’ EUR 2 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża F-161/12 huwa miċħud.
3)
CJ u l-ECDC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-161/12, tal-proċedura ta’ appell fil-Kawża T-370/15 P u ta’ din il-proċedura li tibgħat lura l-kawża.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.