13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Waldhausen vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel)
(Kawża T-717/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta s-siluwett ta’ ras ta’ żiemel - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza tal-karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 382/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Waldhausen GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Ekey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 1195/2016-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta s-siluwett ta’ ras ta’ żiemel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Waldhausen GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.