14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Mad Dogg Athletics vs EUIPO – Aerospinning Master Franchising (SPINNING)
(Kawża T-718/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SPINNING - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 16/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mad Dogg Athletics, Inc. (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Steinberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aerospinning Master Franchising s. r. o., li kienet Aerospinning Master Franchising, Ltd., s.r.o. (Praga, ir-Republika Ċeka) (rappreżentant: K. Labalestra, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2375/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Aerospinning Master Franchising u Mad Dogg Athletics
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2375/2014-5) hija annullata sa fejn din tikkonċerna l-prodotti li jaqgħu fil-klassi 28 u s-servizzi li jaqgħu fil-klassi 41, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Mad Dogg Athletics, Inc.
3)
Aerospinning Master Franchising, s. r. o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 462, 12.12.2016.
Full & Egal Universal Law Academy