4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – ARFEA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-720/16) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Kumpens retroattiv ta’ servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani - Servizz ta’ trasport reġonali ta’ passiġġieri permezz tal-karozza tal-linja pprovdut bejn 1997 u 1998 fuq il-bażi ta’ konċessjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Sentenza Altmark - Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli ta’ dritt sostantiv”))
(2019/C 44/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Aziende riunite filovie ed autolinee Srl (ARFEA) (Alessandria, l-Italja) (rappreżentanti: M. Chiti, V. Angiolini u L. Formilan, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2084 tal-10 ta’ Ġunju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38132 (2015/C) (ex 2014/NN) — Kumpens PSO għall-Arfea (ĠU 2016, L 321, p. 57).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aziende riunite filovie ed autolinee Srl (ARFEA) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy