Kawża T-721/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2018 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BeyBeni — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Ray-Ban — Raġuni assoluta għal rifjut — Ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]
C2212018MT1820120180508MT0021182192
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2018 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)
(Kawża T-721/16) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BeyBeni — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Ray-Ban — Raġuni assoluta għal rifjut — Ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”2018/C 221/21Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Luxottica Group SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Xian Chen (Wenzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 675/2015-5), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Luxottica Group u X. Chen.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 675/2015-5), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Luxottica Group u X. Chen, hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 454, 5.12.2016.
Full & Egal Universal Law Academy