8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (RE-CONzerø)
(Kawża T-723/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RE-CONzerø - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZERO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])
(2018/C 005/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mapei SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Caricato, sussegwentement minn M. Fazzini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Steenfabrieken Vandersanden NV (Bilzen, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2374/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Steenfabrieken Vandersanden u Mapei.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mapei SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 462, 12.12.2016.