14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-724/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal - Dmir ta’ assistenza tal-Unjoni - Telf tal-interess ġuridiku tal-appellanti matul il-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fl-ewwel istanza - Rabta kawżali”))
(2019/C 16/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-134/11, EU:F:2016:194), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-134/11), huwa annullat sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għad-danni mressqa minn Giorgio Cocchi u Nicola Falcione fl-ewwel istanza.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
It-talbiet għad-danni mressqa minn G. Cocchi u minn N. Falcione fil-kuntest tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza bin-numru tal-Kawża F-134/11 huma miċħuda.
4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza fir-rigward tat-talbiet għad-danni.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy