29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Tuerck vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-728/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv”))
(2018/C 032/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabine Tuerck (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba minn Sabine Tuerck qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 475, 19.12.2016.