7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – PO et vs SEAE
(Kawża T-729/16) (1)
(“Servizz pubbliku - SEAE - Remunerazzjoni - Uffiċjali assenjati fid-delegazzjoni ta’ Peking - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Qabża tal-limitu massimu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi terzi - Deċiżjoni li jiġi llimitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali - DĠI”)
(2019/C 4/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PO, PP, PQ u PR (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-SEAE li ma jirrimborsax lir-rikorrenti għas-sena skolastika 2015/2016 l-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-ammont li jikkorrispondi mal-limitu massimu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi terzi (sitt darbiet il-limitu massimu bażiku), miżjud bi EUR 10 000 (total ta’ EUR 27 788,40).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PO, PP, PQ u PR huma kkundannati sabiex ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
(1) ĠU C 475, 19.12.2016.
Full & Egal Universal Law Academy