7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-734/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kalkolu tas-snin ta’ servizz - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju - Kundizzjonijiet - Bażi legali”))
(2018/C 161/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vassilia Argyraki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, G. Gattinara u A.-C. Simon, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba tar-rikorrenti għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persunal temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tiegħu.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba ta’ Vassilia Argyraki għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persuna temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tagħha, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 462, 12.12.2016.
Full & Egal Universal Law Academy