4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-743/16 RENV) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinari - Revoka - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ premura - Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Responsabbiltà - Realtà tad-dannu - Rabta kawżali”))
(2019/C 82/55)
Lingwa tal-kawża: il-franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrent kien ħati ta’ żewġ żbalji gravi u, konsegwentement, ġiet imposta fuqu s-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament kien sofra minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li biha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq CX is-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis pro tempore tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-5/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy