18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa)
(Kawża T-754/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta siluwett fil-forma ta’ elissi mhux kontinwa - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi - Motivi relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2017/C 437/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u V. Rodríguez Pombo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2608/2015–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oakley u Xuebo Ye.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2608/2015–4) hija annullata sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u ċaħdet l-oppożizzjoni peress li din hija bbażata fuq il-motiv imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea].
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 15, 16.01.2017.