13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)
(Kawża T-755/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Take your time Pay After - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 382/54)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alessandro La Rocca (Anzio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 406/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Take your time Pay After bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alessandro La Rocca huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 475, 19.12.2016.