Kawża T-756/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta) (“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kannizzata — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Assenza ta’ novità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikoli 5, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
C2002018MT3610120180425MT0045361361
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)
(Kawża T-756/16) ( 1 )
“(“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kannizzata — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Assenza ta’ novità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikoli 5, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)”2018/C 200/45Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Euro Castor Green (Bagnolet, Franza) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Netlon France (Saint Saulve, Franza) (rappreżentant: C. Berto, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 754/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Netlon France u Euro Castor Green.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Euro Castor Green hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy