Kawża T-763/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – PY vs EUCAP Sahel Niger (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea — Tilwimiet dwar il-kuntratti tax-xogħol — Proċeduri ta’ investigazzjoni interna — Protezzjoni tal-vittmi fil-każ ta’ rapport ta’ sitwazzjoni ta’ fastidju — Responsabbiltà kuntrattwali”)
C2002018MT3620120180412MT0046362372
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – PY vs EUCAP Sahel Niger
(Kawża T-763/16) ( 1 )
“(“Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea — Tilwimiet dwar il-kuntratti tax-xogħol — Proċeduri ta’ investigazzjoni interna — Protezzjoni tal-vittmi fil-każ ta’ rapport ta’ sitwazzjoni ta’ fastidju — Responsabbiltà kuntrattwali”)”2018/C 200/46Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PY (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: EUCAP Sahel Niger (Niamey, in-Niġerja) (rappreżentanti: E. Raoult u M. Vicente Hernandez, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tinkiseb l-kundanna ta’ EUCAP Sahel Niger sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li huwa sostna minħabba nuqqas kuntrattwali mwettaq minn EUCAP Sahel Niger.
Dispożittiv
1)
EUCAP Sahel Niger hija kkundannata tħallas lil PY is-somma ta’ EUR 10000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħuda.
3)
EUCAP Sahel Niger hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti minn PY.
( 1 ) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy