12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Jannar 2018 – Grupo Ganaderos de Fuerteventura vs EUIPO (EL TOFIO El sabor de CANARIAS)
(Kawża T-765/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva EL TOFIO El sabor de CANARIAS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”])
(2018/C 094/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Ganaderos de Fuerteventura, SL (Puerto del Rosario, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u J. García Murillo, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1404/2015-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv EL TOFIO El sabor de CANARIAS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1404/2015-5) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Grupo Ganaderos de Fuerteventura, SL.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017