13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-766/16) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 164/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva (ĠU 2017, L 55, p. 12).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hércules Club de Fútbol, SAD.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Hércules Club de Fútbol.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy