8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Nanogate vs EUIPO (metals)
(Kawża T-767/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea metals - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 005/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nanogate AG (Quierschied, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-29 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2361/2015-5), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv metals bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nanogate AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 475, 19.12.2016.