15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)
(Kawża T-771/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EZMIX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))
(2018/C 013/28)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Toontrack Music AB (Umeå, l-Isveżja) (rappreżentant:L.-E. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2436/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EZMIX bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 14, 16.1.2017.